L-Air Malta ħabbret li l-Kaptan Clifford Chetcuti se jkun il-Kap Eżekuttiv tagħha mill-1 ta’ Settembru li ġej.

Xogħlu se jkun li jtejjeb l-effiċjenza tal-istruttura organizzattiva tal-Air Malta u tar-reputazzjoni tagħha, sabiex issir il-linja tal-ajru tal-Mediterran.

Huwa għandu esperjenza vasta fl-avjazzjoni, għaliex minn pilota mal-Air Malta fl-1987, laħaq Kaptan mal-Emirates, u anke addotta rwoli maniġerjali mal-istess kumpanija.

Il-Kaptan Chetcuti se jkun qed jieħu post il-Kap Eżekuttiv preżenti, Joseph Galea, li ilu jokkupa din il-pożizzjoni għal dawn l-aħħar sentejn, u se jagħlaqlu l-kuntratt f’Awwissu li ġej.

Il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi awgura lill-Kaptan Chetcuti, u qal li għandu fiduċja fih li flimkien maċ-Chairman, jista’ jibdel l-Air Malta fil-linja tal-ajru tal-Mediterran.