Jinżamm arrestat iż-żagħżugħ li saq fuq pulizija http://bit.ly/2GnihQU

Liam Debono, iż-żagħżugħ ta’ 17-il sena li kaxkar lill-kuntistabbli Simon Schembri għal metri sħaħ, dalgħodu wieġeb ħati li seraq żewġ karozzi u mutur, u li saq mingħajr liċenzja.

Fil-Qorti nstema’ kif Debono skuża ruħu mal-persuni li seraq, li min-naħa tagħhom ħafrulu. Il-Maġistrat Joe Mifsud, meta kkunsidra li ż-żagħżugħ talab skuża, li ammetta mill-ewwel l-akkużi u li kkopera mal-Pulizija, poġġieh fuq tliet snin probation, iħallas multa ta’ €5,000 u liċenzja tas-sewqan sospiża għal ħames snin.

Madanakollu, il-Maġistrat fakkru li jista’ jsuq karozza biss meta jkollu l-liċenzja.

Din is-sentenza ma titrattax l-inċident li fih il-Kuntistabbli Simon Schembri tilef idejh u li għal xi jiem kien fil-periklu tal-mewt.