Rapporti fil-midja, li Newsbook.com.mt ma setax jikkonferma indipendentement, qed jgħidu li Bojan Cemlik, li qed jiġi akkużat bl-attentat assassinju ta’ Hugo Chetcuti ,huwa eks impjegat ta’ Chetcuti.

Cemlik, Serb ta’ 35 sena, wieġeb mhux ħati għall-akkużi quddiem il-Maġistrat Neville Camilleri.

Skont dawn ir-rapporti, hu kien jaħdem f’żewġ stabbilimenti ta’ Chetcuti, l-ewwel bħala helper, imbagħad bħala barman. L-istess rapporti qed jgħidu li l-attakk fuq Chetcuti seħħ wara li tkeċċa riċentament.