Esperti tal-Qorti u uffiċjali tal-Pulizija dalgħodu niżlu fix-Xatt tal-Isla biex jispezjonaw il-vapur MV Lifeline, li ġimagħtejn ilu daħal b’234 immigrant.

Aktar tard dalgħodu, il-Maġistrat Joe Mifsud mistenni jagħmel aċċess fuq il-vapur, bħala parti mill-kumpilazzjoni fil-konfront tal-kaptan tal-vapur, Claus-Peter Reisch.

Reisch, li jinsab fuq il-vapur, qed jiġi akkużat fost l-oħrajn b’reġistrazzjoni irregolari u li ma obdiex l-istruzzjonijiet tal-awtoritajiet.

Il-Lifeline kien fiċ-ċentru ta’ kontroversja hekk kif għal jiem sħaħ kemm Malta kif ukoll l-Italja rrifjutaw li jidħol fil-portijiet tagħhom.