Mix-Xellug għal Lemin - David Farrugia, Cheryl Hili, Danjel Grima, Ritienne Grim u mill-BOV Vanessa Borg and Ivo Camilleri.

Klijenti li jużaw il-kards tal-Bank of Valletta rebħu żewġ pakketti esklussivi għat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA.

Il-biljetti ġew ippreżentati lir-rebbieħa – Ritienne Grima u Cheryl Hili, minn Ivo Camilleri, Kap Eżekuttiv tal-Electronic Banking fil-Bank of Valletta matul preżentazzjoni qasira fil-Grawnd Nazzjonali f’Ta’ Qali.

Grima rċeviet pakkett esklussiv għal żewġ persuni biex isegwu waħda mill-partiti tas-semi-finali, filwaqt li Hili jirċevi biljetti għall-partita tal-finali.

Iż-żewġ pakketti jinkludu programm sħiħ ta’ 5 ijiem għal tnejn min-nies, li jinkludi akkomodazzjoni f’lukanda lussuża kif ukoll l-aċċess għaż-żona tal-ospitalità ta’ qabel il-partita.

Barra minn hekk, iż-żewġ rebbieħa rċevew premju fi flus komplementari ta’ €3,000 kull wieħed li ġew iddepożitati fil-kont tal-Visa kard tal-BOV tagħhom.

Il-promozzjoni li damet għaddejja mit-30 ta’ Marzu sat-28 ta’ April, kienet organizzata mill-Bank of Valletta f’kollaborazzjoni mal-Visa, u kienet miftuħa għal kull min għandu karta Visa tal-BOV u użaha biex jagħmel tranżazzjonijiet ta’ xiri, kemm onlajn kif ukoll fil-ħwienet.