minuta qari

Dawk kollha li għandhom xi kelb jew annimal ieħor, qed ikunu mitluba biex f’dawn ix-xhur tas-Sajf ma jħalluhomx warajhom, magħluqa fil-karozza.

It-temperatura fil-karozza titla’ b’10°C f’inqas minn għaxar minuti, għalhekk il-karozza tiġi qisha forn. Dan jaffetwa ħafna aktar lill-klieb li għandhom pil oħxon. It-temperatura normali tal-klieb hija ta’ 38°C u meta titla’ sa tliet gradi aktar, jibdew ibagħtu ħafna b’konsegwenzi serji.

Din l-informazzjoni ġiet miġbura f’filmat li produċiet Transport Malta biex twassal il-messaġġ tagħha; tħallix annimali magħluqin fil-karozza fis-sħana.

 

Credit: Transport Malta