Il-korsijiet għat-Tagħlim Tul il-Ħajja se jiftħu mil-lum, il-Ħamis 12 ta’ Lulju sal-Ġimgħa 3 ta’ Awwissu 2018.

Il-programm ta’ tagħlim fih madwar 90 suġġett differenti, fejn wieħed jista’ jagħżel u japplika għas-suġġet li jixtieq jattendi. Din is-sena l-korsijiet se jkunu mifruxa f’7 ċentri differenti għat-tagħlim tal-adulti, 35 kunsill lokali u 17-il organizzazzjoni mhux governattiva.

Dawk interessati għandhom japplikaw billi jaċċessaw is-sit elettroniku www.lifelonglearning.gov.mt jew imorru personalment fil-binja tal-Edukazzjoni fi Triq l-Assedju, il-Furjana jew iċemplu fuq: 2598 2291, 2598 2292, fil-kunsilli lokali jew fiċ-ċentri reġjonali ta’ servizz.gov