Il-Ministeru għat-Trasport wiegħed titjib fir-rotta għal u minn Ħaż-Żebbuġ, b’investiment ta’ €500,000.

Il-proġett jinkludi d-disinn u l-bini mil-ġdid tar-roundabout tal-Bieb ta’ De Rohan u r-roundabout tal-iskola St Dorothy’s. Meta dan ix-xogħol jitlesta, Triq l-Imdina, li tgħaqqad iż-żewġ ħoloq, se tkun qiegħda titwessa’ biex tinkludi korsija oħra lejn in-Nofsinhar. Waħda mill-korsiji ta’ din it-triq u s-service road ta’ maġenbha se jiġu mibdula f’korsiji maqsuma biex b’hekk tingħata prijorità liċ-ċiklisti.

Il-Ministru għat-Trasport Ian Borg spjega kif b’interventi żgħar bħal dawn, is-sitwazzjoni qiegħda titjieb. Huwa fakkar li dan waħdu mhux biżżejjed.

Ritratt: DOI Kevin Abela