MCA

L-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA) għandha l-mandat li tnaqqas il-firda diġitali madwar is-soċjetà Maltija. L-Awtorità ilha attiva ħafna matul dawn l-aħħar snin, timplimenta bosta proġetti ffinanzjati kemm mill-Gvern lokali kif ukoll permezz ta’ fondi tal-UE li jimmiraw kemm lis-soċjetà ġenerali, kif ukoll lil niċeċ oħrajn bħal nies żvantaġġati, persuni b’diżabilità, żgħażagħ bi problemi soċjali, anzjani u oħrajn.

Bħala parti mill-isforzi tagħha biex tilħaq udjenza wiesa, l-MCA pparteċipat b’suċċess fil-programm ‘Ta Kulħadd’ fuq RTK 103FM, imtellha mis-simpatika Christine Delicata.  Dan il-programm kien ta’ popolarità kbira mal-udjenza ta kull età.

Waħda mill-għanijiet prinċipali tal-MCA hu li tippromwovi d-diversi proġetti u inizjattivi offruti mill-MCA lill-pubbliku, li fl-aħħar mill-aħħar jiffaċilita l-kuxjenza tal-opportunitajiet offruti, bħat-taħriġ tal-ħiliet tat-TIK bla ħlas.

L-għan ta’ dan il-programm kien ukoll li jeduka dwar teknoloġiji ġodda u kif dawn jistgħu jtejbu l-ħajja ta’ diversi nies. Għall-MCA huwa importanti li tippromwovi l-Internet aktar sikur għall-ġenituri u l-gwardjani tat-tfal, u li jinforma u jeduka dwar il-funzjoni regolatorja ta l-MCA sabiex il-pubbliku ġenerali bħala konsumatur, jkun konxju sewwa tad-drittijiet u r-responsabbiltajiet tiegħu waqt il-proċess tax-xiri u l-konsum ta’ dawn is-servizzi. Matul il-programm ġew diskussi wkoll diversi proġetti li l-Awtorita’ għandha fi ħdana, fosthom il-proġett ta’ taħriġ lil-anzjani fuq it-tablets, sessjonijiet ta’ darba dwar ix-xiri onlajn fost oħrajn.

Fl-aħħar programm, tħabbar ukoll ir-rebbieħ tal-kompetizzjoni ta’ Tablet 7 inch provdut mill-Awtorita’, is-sinjur Austin Cachia.

Għall-aktar informazzjoni dwar diversi proġetti li l-MCA għandha għadejjin, kif ukoll għall-informazzjoni dwar drittijiet wieħed jista’ jcempel fuq 21336840.