Il-logħba tant mistennija, is-semifinali tat-Tazza tad-Dinja bejn l-Ingilterra u l-Kroazja. Segwi minuta b’minuta:

124′ Il-Kroazja jikkwalifikaw għall-finali tat-Tazza tad-Dinja! It-tim li rnexxilu jegħleb lill-Arġentina ta’ Messi u lill-organizzaturi tat-turnew issa se jaffronta lill-Franza

120′ L-Ingliżi qed jixħtu blalen twal ‘il quddiem iżda l-attakkanti Ingliżi mhux ikunu perikolużi

113′ Baqa’ biss ftit minuti għat-tmiem ta’ din is-semifinali u l-Kroazja jinsabu pass ‘il bogħod mill-ewwel finali tagħhom fit-Tazza tad-Dinja

111′ Southgate jdaħal lill-attakkant Jamie Vardy hekk kif l-Ingliżi jfittxu l-gowl tad-draw

108′ Mandzukic jiskurja t-tieni gowl għal pajjiżu wara li għeleb lil Pickford b’xutt fil-baxx

106′ Mandzukic ifalli ċans tajjeb għal Kroazja hekk kif Pickford irnexxielu jilqa’ x-xutt mill-viċin għall-Kroat
98′ Daqqa ta’ ras perikoluża ta’ Stones iżda difensur Kroat kien lest biex ibiegħed il-ballun ‘il bogħod mil-lasta
97′ L-Ingliżi jirbħu korner wara xutt ta’ Dier
90′ Daqt jibda l-ħin miżjud hekk kif il-logħba baqgħet fi draw ta’ 1-1 wara li ntemmu d-90 minuta
81′  Għad fadal inqas minn għaxar minuti u l-iskor għadu dak ta’ 1-1 iżda l-Kroazja tmur viċin permezz ta’ xutt ta’ Perisic.
73′ – Joħroġ Sterling u jidħol Marcus Rashford. Hekk kif għad fadal biss kwarta, il-Kroati qed jippruvaw jiskurjaw it-tieni gowl tagħhom wara li l-Ingliżi kien l-aħjar tim fl-ewwel 45 minuta

71′ Xutt ta’ Perisic jaħbat mal-lasta. Il-pussess tal-ballun jinsab biss għand il-Kroazja

67′ Il-Kroazja ġabu d-draw permezz tal-attakkant ta’ Inter Perisic! Dan huwa l-għoxrin gowl għal Perisic man-nazzjonal Kroat

64′ Il-Kroazja qed titfa’ pressjoni fuq id-difiża Ingliża wara li xutt b’saħħtu ta’ Perisic ħabat ma’ Walker

60′ Xutt tal-midfielder Kroat Rakitic jispiċċa barra. S’issa t-tieni taqsima ma kinitx waħda entużjasta

53′ Mill-Pjazza ta’ San Ġiljan

Nicole Borg

51′ Il-plejers Ingliżi qed jgħalqu l-ispazji kollha hekk kif il-Kroati mhux jirnexxilhom jersqu lejn il-lasta ta’ Pickford.

47′ Karta safra għal Rebic għal foul li wettaq fuq Kyle Walker

45′ Tintemm l-ewwel taqsima tat-tieni semifinali bejn il-Kroazja u l-ingilterra hekk kif gowl fl-ewwel ftit minuti tal-logħba jqarreb lill-Ingliżi lejn finali tant mixtieqa.

44′ L-ewwel taqsima tidher li ħa tintemm bl-iskor ta’ 1-0 favur l-Ingilterra iżda l-Kroazja għadha tfittex il-goal tad-draw b’iktar insistenza.

41′ Naqas ftit ir-ritmu tal-logħba hekk kif il-Kroazja qed idumu biex jibnu l-attakki tagħhom.

40′ Pussess tal-ballun: Kroazja 51%; Ingilterra 49%

38′ L-Ingilterra qed ikomplu jippruvaw iżidu l-vantaġġ tagħhom u qed ikunu perikolużi fl-attakk permezz ta’ Sterling u Lingard.

32′  Rebic b’ċans ta’ gowl, iżda Pickford jilqa’ x-xutt

30′ Kane mar viċin li jiskurja t-tieni gowl għall-Ingilterra wara nofs siegħa logħob iżda x-xutt tiegħu jispiċċa barra bi ftit wara li jaħbat mal-lasta u wara mal-goalkeeper Kroat.

19′ Mill-Pjazza ta’ Buġibba (Filmat Live: Michela Cutajar)

17′ Min f’xi bar, min f’xi pjazza, min id-dar, u l-Kor Enkor ikanta It’s Coming Home


5′ Kieran Trippier jiskurja minn free-kick brillanti dirett fil-5 minuta. S’issa l-Ingliżi b’xutt wieħed lejn il-lasta. Kroazja xejn. Kroazja gawdu minn 55% tal-pussess.

1′ Tinstema’ s-suffara