Il-Karnival tas-sena d-dieħla, flimkien maċ-ċelebrazzjonijiet li jġib miegħu se jkunu ċċelebrati bejn it-28 ta’ Frar u l-5 ta’ Marzu.

Se jkun hemm disa’ konkorsi differenti għaddejjin waqt iċ-ċelebrazzjonijiet, b’numru ta’ rigali x’jintrebħu.

L-applikazzjoni tal-parteċipanti qed jiġu milqugħa mill-Uffiċċju tal-Kunsill Malti għall-Arti u se jibqgħu miftuħa sad-19 ta’ Lulju 2018.

Jekk trid tkun taf aktar dwar il-Karnival u kif tista’ tieħu sehem, idħol fuq dan id-dokument.