L-awla tal-Qorti dwiet bil-biki tal-mara tal-Ungeriż li allegatament wettaq frodi.

Hu nżamm taħt arrest wara li ġie arrestat nhar l-Erbgħa taħt seba’ mandati maħruġa mill-awtoritajiet Ungeriżi.

L-Ungeriż ta’ 33 sena li hu residenti r-Rabat Għawdex tressaq il-Qorti lbieraħ wara twissija fis-Sistema tal-Informazzjoni ta’ Schengen f’Novembru 2017.

L-awtoritajiet Maltin bdew isusu wara l-akkużat li hu mfittex f’pajjiżu fuq 26 każ ta’ frodi.

L-avukata difensura talbet għall-ħelsien mill-arrest fuq bażi ta’ ħajjet ir-raġel hawn Malta, li jaħdem f’Malta, għandu żewġt itfal li kienu qed jistennewh barra l-awla, u ta d-dokumenti personali tiegħu kollha lill-Pulizija.

Madankollu, il-Qorti rrifjutat din it-talba u żammitu arrestat. Il-każ għandu jiġi assenjat lil qorti oħra li tieħu ħsieb l-estradizzjoni tal-akkużat.