Ġiet deċiża li l-Imħallef Antonio Mizzi mhux se jisma’ l-każ jinvolvi l-Panama Papers peress li hemm ċans ta’ kunflitt ta’ interess. Dan minħabba li martu hija Marlene Mizzi, li hija Membru Parlamentari Laburista.

L-Imħallef Mizzi kellu jisma’ appelli kontra d-deċiżjoni li maġistrat jiftaħ inkjesta dwar il-jekk kienx hemm ksur ta’ liġijiet kontra l-ħasil tal-flus meta nfetħu kumpaniji offshore.

Meta Dr Simon Busuttil sfida din l-għażla għar-raġuni li huwa r-raġel ta’ Membru Parlamentari Laburista, l-Imħallef Mizzi ma riedx iċedi. Pero, Dr Busuttil ressaq kawża kostituzzjonali separata fejn allega ksur tad-dritt tiegħu ta’ smigħ ġust. Huwa talab li l-appelli jiġu assenjati lil membru differenti tal-ġudikatura.

It-talbiet tiegħu ntlaqgħu llum. Wara li sema’ l-argumenti miż-żewġ naħat, l-imħallef Joseph Zammit Mackeon ddeċieda li huwa ċar li l-Imħallef  Mizzi m’għandux jippresiedi l-każ.

L-Avukat Jason Azzopardi assista lil Busuttil f’dan il-każ.

Reazzjoni tal-Partit Nazzjonalista (PN)

F’reazzjoni l-PN qal li r-reputazzjoni ta’ Malta tiddependi biss fuq il-verità u li ssir ġustizzja. Il-PN ħeġġeġ lill-Prim Ministru Joseph Muscat biex jieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa biex titħares ir-reputazzjoni ta’ Malta.