Property Malta | Rent Malta | House Malta

“Rajt din il post fi grupp li qieghda fih u ma stajtx nieqaf nahseb fuqha! Fi zmien erba’ snin, nies li kienu jghixu hajja normali go dar dicenti spiccaw jitkarrbu biex isibu garaxx fejn iridu jrabbu lil uliedhom – veru sitwazzjoni tal-biki. Imbagħad taparsi “nindirizzaw” dawn il-problemi billi nibghatu lil dawn in nies l-Appogg jew f’xi centru iehor gdid (ghax izjed ma jmur izjed se jkollna bzonn minn dawn ic-centri!)

Gejna fi zmien fejn lil min ghandu propjeta` ghall-kiri u anke ghall-bejgh, ikollu c-cans (u donnu li kulhadd qed juzah tajjeb dan ic-cans!) li jaghmel abbuz mis-siwazzjoni li gie fiha pajjizna. Dan huwa ABBUZ anke jekk kulhadd hekk qed jaghmel u anke jekk sa ftit zmien iehor se tkun normali li mhux se jibqa’ nies normali – ghax min se jkun fqir hafna u min se jkun sinjur hafna!

Qed nibghat lilkom ghax l ahbarijiet taghkom isegwuhom hafna nies u fuq Facebook ma tantx inhobb nikkummenta minn fuq il profil personali tieghi!”

C.C.