Uffiċjali mill-Università ta’ Malta kkonfermaw uffiċjalment ma’ Newsbook.com.mt li r-riżultati tal-MATSEC bdew ħerġin, u għalhekk huwa importanti li żżomm il-mowbajl viċin.

Total ta’ 8950 student ressqu għall-eżamijiet tal-Matsec u minn dawn 8846 kandidat jew 98.8% se jirċievu jew irċevew SMS bir-riżultat illum.

Dan ifisser li mal-5145 student/a qed jistennew ir-riżultati tal-O’Levels biex jidħlu s-Sixth Form u dawk li qed jistennew ir-riżultati l-A’ Levels biex jidħlu l-Università jammontaw għal 3805. Ir-riżultati tal-Intermediate Level mistennija joħorġu llum ukoll.

L-età tal-istudenti kienet tvarja minn 16 sa 82 sena u l-miżati tal-eżamijiet din is-sena naqqsu b’50% waqt li s-sena d-dieħla dawn se jsiru b’xejn. Għal dawk l-istudenti li jixtiequ jerġgħu jirrepetu l-eżami dawn se jsiru bejn it-28 ta’ Awissu u s-7 ta’ Settembru.

MATSEC Results 2018