Għad fadal ftit minuti qabel tibda l-finali u l-abjad, il-blu u l-aħmar se jirbaħ iżda l-istrixxi se jkunu orizzontali jew vertikali? It-tim rebbieħ ġewwa Moska se jkun dak ta’ Franza jew tal-Kroazja?

Didier Deschamps qed jittama li t-tim żagħżugħ u mimli talent tiegħu jegħleb lill-iskwadra determinata u organizzata tal-Kroazja sabiex jgħollu t-trofew għat-tieni darba fl-istorja kalċistika tagħhom. Franza kienu fost il-favoriti għar-rebħ tat-turnew mill-bidu tal-avveniment u minkejja li Les Bleus ma kienux fl-aqwa tagħhom matul l-ewwel logħbiet, huma tjiebu b’mod konsiderevoli u jinsabu kkonċentrati sabiex jirbħu t-tieni Tazza tad-Dinja tagħhom sa mill-1998.

Il-Kroazja kellhom wirjiet impressjonanti fi triqthom lejn il-finali hekk kif ribħu grupp li kien jinkludi lill-Arġentina, eliminaw lill-organizzaturi Russi kif ukoll għelbu lill-Ingilterra. Luka Modric huwa kandidat għar-rebħ tal-Ballun tad-Deheb u se jkun ta’ gwida għall-Kroazja fl-isfida tal-lum. Tista’ l-Kroazja ssir l-eweel nazzjon mil-Lvant tal-Ewropa li tirbaħ it-Tazza tad-Dinja?

Miġjub lilek minn Hublot