90’00 (+5’00): Franza jirbħu t-Tazza tad-Dinja bl-iskor ta’ 4-2!

90’00 (+3’46): Pogba jiddefendi l-ballun hekk kif Perisic jibqa’ jirsisti bit-tama li jiskurja gowl ieħor

90’00 (+2’00): Karta safra għal Versaljko wara daħla fuq Griezmann

90’00: 5 minuti ta’ ħin miżjud

89’45: Franza pass ‘il bogħod milli jirbħu t-Tazza tad-Dinja!

88’10: Rakitic jerġa’ jipprova jsib il-gowl b’xutt mill-bogħod iżda l-ballun jispiċċa barra għal darb’oħra

85’57: Foul ta’ Rakitic fuq l-attakkant ta’ Olympique Lyon Fekir

83’17: Freekick mogħti minn Rakitic jispiċċa f’idejn Lloris

80’57: Barra Giroud, ġewwa Fekir. Jidħol ukoll Pjaca għall-Kroazja

78’55: Il-veloċità ta’ Mbappe qed tpoġġi lil Vida f’diffikultà

77’14: Xutt ta’ Rakitic jispiċċa barra bi ftit

73’00: Sostituzzjoni oħra għal Franza. Tolisso jidħol flok Matuidi

70’38: Kramaric jieħu post Rebic fl-iskwadra Kroata

68’14: Żball ta’ Lloris jippermeti li Mandzukic inaqqas id-differenza fl-iskor bejn iż-żewġ timijiet!

64’00: Mbappe ma jiżbaljax hekk kif ix-xutt tiegħu minn barra l-kaxxa jispiċċa fir-rokna l-baxxa!

61’29: Nzonzi jwaqqaf attakk Kroat

59’00: Gowl ieħor min-naħa ta’ Franza! Pogba jżid il-vantaġġ għall-Franċiżi!

57’40: L-attakkant ta’ Inter Milan Perisic qed joħloq bosta problemi lid-difiża Franċiża

54’00: Nzonzi jidħol flok Kante. Il-wirja tal-midfielder ta’ Chelsea kienet kemmxejn diżappuntanti

53’19: Kross perikoluż ta’ Rakitic lejn Mandzukic jispiċċa barra. Ir-referee jsaffar foul favur Les Bleus

51’32: Mbappe jmur viċin li jiskurja r-raba’ gowl tiegħu fit-turnew iżda Subasic jilqa’ b’saqajh

48’28: Lloris joħroġ jiġri ‘l barra minn postu sabiex ibiegħed l-ballun ‘il bogħod mil-lasta

47’00: Lloris jitfa’ l-ballun fuq il-lasta wara xutt mill-viċin ta’ Rebic

46’03: Xutt ċentral ta’ Griezmann li Subasic jilqa’ mingħajr problemi

45’01: Tibda t-tieni taqsima. Franza fil-vantaġġ minkejja li ma kinux l-aħjar tim fl-ewwel 45 minuta

45’00 (+3’00): Tintemm l-ewwel taqsima. Franza għadhom fil-vantaġġ!

45’00 (+2’46): Kross tajjeb tal-Kroati iżda Perisic ma jolqotx il-ballun

45’00: Ir-referee jagħti 3 minuti ta’ ħin miżjud

44’39: Jidher li weġġa’ Umtiti

43’00: Devjazzjoni ta’ Pavard wara xutt tad-difensur Kroat Lovren

41’06: Il-Kroati jkomplu jattakkaw bit-tama li jiskurjaw it-tieni gowl tagħhom

37’57: L-attakkant ta’ Atletico Madrid ma jfallix u jagħmel l-iskor 2-1

36’44: Griezmann se jinkariga ruħu mill-penalty

35’48: Ir-referee jagħti penalty favur il-Franċiżi wara li jara l-VAR

33’40: Il-plejers Franċiżi jitolbu lir-referee biex jagħti ‘handsball’

31’14: Kross ta’ Rebic jispiċċa f’idejn Lloris

28’00: Gowl mill-isbaħ ta’ Perisic wara xutt b’saħħtu bix-xellug minn ġewwa l-kaxxa!

23’40: Xutt ta’ Rakitic jispiċċa għoli. Il-Kroati qed ifittxu b’insistenza l-gowl tad-draw

22’40: Vida jwaqqaf azzjoni perikoluża ta’ Mbappe

21’26: Il-konklużjoni mid-daqqa ta’ ras ta Vida tmur barra

20’20: Freekick għall-Kroazja li se jingħata minn Modric

18’00: Gowl għall-Franċiżi! Awtogowl ta’ Mandzukic

16’28: Foul ta’ Brozovic fuq Griezmann u freekick għal Franza

14’28: Tqassima tajba ta’ Perisic iżda Umtiti jwaqqaf l-attakk Kroat

12’16: It-tim Kroat ikompli jitfa’ pressjoni fuq it-tim ta’ Deschamps

10’50: Okkażjoni tajba għal Perisic iżda l-attakkant ma jirnexxilux jikkontrolla l-ballun

10’30: Il-Kroazja qed jilgħabu aħjar hekk kif Franza wettqu numru ta’ żbalji f’nofs il-grawnd

05’12: Iż-żewġ timijiet jiġġieldu għall-pussess tal-ballun iżda l-ebda tim għadu ma ħoloq okkażjoni ta’ gowl

02’28: Modric wettaq diġa żewġ fouls

 

17:00: Tibda l-logħba! Il-plejers jibdew jissieltu għar-rebħ tal-iktar logħba importanti tat-turnew!

16:54: Il-finali tal-21 edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja se tibda daqt!