Miet l-artist Malti, Gabriel Caruana fl-età ta’ 89 sena. Caruana huwa meqjus bħala wieħed mill-pijunieri fl-arti moderna u kontemporanja Ewropea.

Tul il-ħajja artistika tiegħu, Caruana ħadem biex jibni infrastrutturi għal artisti żgħażagħ Maltin. Ħadem ukoll biex jimbotta ‘l quddiem l-arti kontemporanja f’pajjiżna u biex tkun aktar aċċessibli għall-pubbliku.

Waħda mill-akbar kontribuzzjonijiet tiegħu kienet meta waqqaf il-Mill Arts, Culture and Crafts Centre (MACCC) fil-mitħna tal-Maħlut f’Birkirkara. Dan kien wieħed mill-ewwel ċentri għall-arti moderna u kontemporanja miftuħa f’pajjiżna.

Biex tara x-xogħol tal-artist Caruana, żur il-paġna ta’ facebook tal-istess artist.