Iktar kmieni llum r-rebbieħa tal-aħħar edizzjoni tas-Serie A ppreżentaw lil Cristiano Ronaldo bħala l-aħħar akkwist tagħhom wara trasferiment li sewa £100m.

Ronaldo, li rebaħ il-Ballun tad-Deheb ħames darbiet, temm l-esperjenza tiegħu ma’ Real Madrid wara disa’ snin mimlija suċċessi. L-istilla Portugiża skurja 451 gowl għat-tim Spanjol u rebaħ 4 titli tal-UEFA Champions League.

Waqt il-preżentazzjoni uffiċjali, Ronaldo stqarr li ma jinsabx imdejjaq li nfired minn ma’ Real Madrid u li xtaq sfida ġdida sabiex ikompli juri li minkejja l-eta ta’ 33 sena l-ambizzjonijiet tiegħu ma naqsux. Żied ukoll jgħid li jinsab onorat li Juventus tawh dan iċ-ċans sabiex jibqa’ jilgħab fl-għola livelli.

Ronaldo se jilbes in-numru 7 wara li l-Kolombjan Juan Cuadrado għażel li jċedihulu. Hu mistenni jgħin lil Juventus fl-għan tagħhom li jkomplu jiksbu suċċessi kemm fl-Italja u kif ukoll fl-Ewropa.

Miġjub lilek minn Hublot