Reuters

Imħallef Amerikan ippospona s-smigħ tal-kawża ta’ wieħed mill-akbar traffikanti tad-droga fil-Messiku, Joaquin Guzman, magħruf bħala El Chapo b’xahrejn għall-5 ta’ Novembru.

Dan wara li l-avukat ta’ Guzman qal li għandu bżonn aktar żmien biex jirrevedi l-evidenza li rċieva riċentament mill-prosekuzzjoni.

L-Imħallef Brian Cogan qal li d-dewmien tas-smigħ kien iġġustifikat minħabba n-numru kbir ta’ evidenza li l-prosekuzzjoni ppreżentat lill-Qorti fit-3 ta’ Lulju. Min-naħa l-oħra ddeċieda kontra t-talba tad-difiża sabiex twaqqaf lill-prosekuzzjoni milli tippreżenta aktar evidenza li ma ġietx imressqa sas-26 ta’ Ġunju.

Is-selezzjoni tal-ġurija ġiet skedata għall-5 ta’ Settembru.

Guzman, li għandu 61 sena, ilu maqful f’detenzjoni solitarja minn meta ġie estradit mill-Messiku għall-Istati Uniti lura f’Jannar tal-2017. Huwa magħruf internazzjonalment bħala l-kap tas-Sinoala Cartel fil-Messiku.