• Il-Kurja tal-Arċisqof tavża li l-Uffiċċju Żwiġijiet fil-Kurja, l-Furjana, ser ikun miftuħ f’dawn il-ġranet u ħinijiet: It-Tnejn, it-Tlieta, l-Erbgħa, il-Ġimgħa u s-Sibt bejn it-8am u l-11:30am. Dawn il-ġranet u ħinijiet japplikaw sas-Sibt 29 ta’ Settembru li ġej.
  • Il-festa Il-festa ta’ San Ġużepp tiġi iċċelebrata fil-parroċċa tal-Imsida l-Ħadd 22 ta’ Lulju. Illum il-Ġimgħa – Jum is-Saċerdoti u r-Reliġjużi, fis-6.15pm tingħad il-Kurunella lil San Ġużepp. Fis-6.30pm issir Quddiesa kantata mill-Kappillan Kanonku Dun Simon Sciberras. Jipprietka Patri Raymond Gatt. Iċ-ċelebrazzjoni tintemm bil-kant tal-Innu tal-Għasar, Antifona, Barka Sagramentali u Innu Popolari. Għada s-Sibt – Lejlet l-Festa, fit-00am tibda Quddiesa bit-Te Deum minn Dun Darren Pace. Fil-5.15pm issir Quddiesa mill-Kappillan il-Kanonku Dun Simon Sciberras. Fis-6.15pm issir Translazzjoni u Għasar Solenni mmexxija Monsinjur Vincenz Cachia. Fis-7.30pm tiġi ċċelebrata Quddiesa kantata minn Dun Norman Zammit.
  • Il-festa ta’ Marija Addolorata tiġi ċċelebrata fil-knisja parrokkjali ta’ San Pawl l-Baħar il-Ħadd, 29 ta’ Lulju. Għada s-Sibt Jum il-Komunità Parrokkjali, fil-5.30pm jingħad Rużarju tas-Seba’ Duluri u Quddiesa fis-6.00pm Quddiesa mmexxija mill-Isqof Awżiljarju Monsinjur Joe Galea Curmi. Fis-30pm tibda Quddiesa tal-Ħadd.
  • Illum il-Ġimgħa, l-Parroċċa Santa Marija ta’ Ħad-Dingli se torganizza l-festa ta’ Santa Marija Maddalena fil-kappella ddedikata lil din il-qaddisa fuq l-irdumijiet ta’ Ħad-Dingli (ħdejn ir-radar). Fis-7.30pm tiġi ċċelebrata quddiesa fuq iz-zuntier tal-kappella mill-Arċisqof ta’ Malta, Monsinjur Charles J. Scicluna. Wara ssegwi attivita` soċjali.
  • Għada s-Sibt 21 ta’ Lulju fis-7.30pm se ssir Quddiesa fl-okkażżjoni tal-festa ta’ Santa Marija Maddalena fil-knisja iddedikata lilha, ħdejn l-iskola primarja tal-belt Valletta. Wara se tiġi organizzata majjalata b’risq il-Festa ta’ San Duminku.  Il-Ħadd li ġej – Jum il-festa fis-6.00pm jingħad rużarju u wara issir quddiesa kantata mmexxija mill-Kappillan Patri Michael M. Camilleri
  • Matul ix-xhur ta’ Lulju, Awwissu, Settembru u Ottubru, fil-Kon-Kattidral ta’ San Ġwann – il-Belt, il-ħin tal-quddiesa tas-Sibt u tal-Ħadd filgħaxija inbidel mill-ħin tal-5.30pm għal dak tas-6.00pm. Matul ix-xahar ta’ Awwissu, l-Quddiesa ta nofsinhar mhux se tibda ssir.
  • Fl-okkażżjoni tal-festa ta’ Santa Margerita – Patruna tan-nisa tqal se ssir talba ta barka fuq in-nisa tqal u preżentazzjoni tat-trabi li twieldu din is-sena lil Santa Margerita, f’quddiesa fil-knisja parrokkjali ta’ Santa Margerita f’Ta’ Sannat Għawdex, għada s-Sibt 21 ta’ Lulju fl-10.30am.
  • Il-Laqgħa tal-Grupp San Ġorġ Preca Organizzata mis-Soċjeta tal-Museum li jmiss se ssir nhar il-Ġimgħa 27 ta’ Lulju bit-tema ‘Dun Ġorġ Ikellimna’. Il-laqgħa se ssir fiċ-Ċentru Studji Dun Ġorġ fil-Blata l-Bajda (dħul minn ħdejn is-Sagristija) u tibda fis-6:30pm u tintemm fis-7:15pm. Għal min ikun jixtieq, ikun hemm il-quddies fil-Kappella tal-Midalja Mirakoluża fis-6.00pm.
  • Fil-Knisja ta’ San Pawl Marsalforn Għawdex, sal-aħħar ta’ Settembru, l-iskeda tal-Quddies għas-sajf qed tkun kull siegħa mis-7.00am sal-11.00am, u filgħaxija fis-6.00pm u fis-7.30pm. Matul il-Ġimgħa isir quddies fis-7.00am u fid-9.00am u fis-6.00pm u fis-7.30pm. Ikun hemm qrar nofs qabel kull quddiesa u ssir siegħa Adorazzjoni kuljum mis-6.30pm. Ir-rużarju jingħad fis-7.00pm.
  • Fil-Kunvent tad-Dumnikani fi Triq San Duminku, l-Belt qed issir wirja ‘Il-Belt Valletta u d-Dumnikani – Mixja Waħda’. Tiftaħ kuljum sal-Ħadd 7 ta’ Ottubru mill-10am sal-4.00pm.
  • L-Istitut Paulo Freire tal-Ġiżwiti niehda proġett biex adulti jitħajjru jaqraw bil-Malti jew bl-Ingliż permezz ta  one to one sessions f’ħinijiet u ġranet konvenjenti.  Hemm bżonn voluntiera adulti biex jgħinu lil dawn il-persuni. Jekk għandek 22 sena ‘l fuq u tixtieq tgħin, ikkuntattja lil Fr Edgar Busuttil fuq 21694583 jew mur l-Istitut f’76, Triq Sant’Anġlu ż-Żejtun.
  • L-emigranti Maltin li jinsabu għall-btajjel fil-gżejjer Maltin huma mistiedna għal laqgħa li l-Kummissjoni Emigranti qed torganizza għalihom mal-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca fil-Palazz il-Belt Valletta, nhar l-Erbgħa l-1 ta’ Awwissu, fl-10.00am.  Aktar tagħrif jinkiseb minn Dar l-Emigrant fuq telefons 21222644, 21232545 jew 21240255.
  • Il-maratona annwali Oħloq Tbissima din is-sena se ssir mil-lum il-Ġimgħa sal-Ħadd 22 ta’ Lulju f’Dar San Ġużepp Santa Venera bil-għan li tingħata għajnuna lil Missjoni. Għal aktar tagħrif idħlu fuq is-sit ohloqtbissima.com
  • L-Aid to the Church in Need (Malta), li taħdem favur il-Kristjani ppersegwitati, fuq xewqa tal-Papa Franġisku tħeġġeġ biex isir talb għal Kristjani madwar id-dinja, speċjalment f’ċerti pajjiżi, li qegħdin ibatu u għaddejjin minn żminijiet diffiċli minħabba t-twemmin tagħhom fi Kristu
  • L-Istitut Sir Michelangelo Sixth Form t’Għawdex se jilqa’ studenti prospettivi li jixtiequ jirreġistraw għall-korsijiet offruti f’dan il-Kulleġġ, mit-Tnejn 30 ta’ Lulju sal-Ġimgħa 3 ta’ Awwissu mit-8.00am sal-11.30am. Aktar informazzjoni tinkiseb fuq is-sit elettroniku tal-Istitut Sir Mikielangelo Refalo
  • Il-maratona annwali Oħloq Tbissima din is-sena qed ssir minn sal-Ħadd li ġej 22 ta’ Lulju f’Dar San Ġużepp, Santa Venera bil-għan li tingħata għajnuna lil Missjoni.  Għal aktar tagħrif idħlu fuq is-sit ohloqtbissima.com
  • Il-Grupp Step Up For Parkinson’s jorganizza klassijiet taż-żfin immirati apposta biex jgħinnu lil dawk li għandhom din il-kundizzjoni u lil carers tagħhom. Il-klassijiet isiru bla ħlas f’lokalitajiet differenti.  Aktar tagħrif jinkiseb billi ċċemplu 99200822 jew ibgħatu email info@StepUpForParkinsons.com