Il-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann, se torganizza kunċert b’xejn għall-pubbliku.

Dan se jsir fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, nhar il-Ġimgħa 27 ta’ Lulju, fit-8 ta’ filgħaxija. Il-kunċert Exultet se jinkludi fih kant ta’ stil Gregorjan minn Juri Camisasca: kant-awtur Taljan, flimkien ma’ mużiċisti oħra mill-Italja. Il-Fondazzjoni tal-Konkatidral, li huma l-organizzaturi ta’ dan il-kunċert se jiftħu l-bibien tagħhom għal kulħadd, f’din l-okkażjoni unika. Il-kunċert se jdum madwar 80 minuta. Għalkemm dan il-kunċert mużikali huwa b’xejn, dawk kollha li jixtiequ jattendu jridu jiksbu l-biljetti tagħhom minn www.ticketline.com.mt. Kull min se jżur Malta minn barra xorta jista’ jirreġistra mill-pajjiż tiegħu.

Ġentilment infakkru lil dawk li ser jattendu li żraben bit-takkuna mhumiex permessi fuq il-paviment tal-irħam. Għal iktar informazzjoni tista tibgħat email lill-organizzaturi fuq info@stjohnscocathedral.com jew bit-telefon fuq +356 22480 400. www.stjohnscocathedral.com