Bħalissa għaddejjin l-aħħar preparamenti għall-kunċert tat-tenur Malti Joseph Calleja li se jsir is-Sibt filgħaxija fuq il-Fosos tal-Furjana.

Illejla, Calleja kellu l-aħħar provi mal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali fuq il-palk li ntrama fl-aħħar jiem fuq il-Fosos. Fil-filmat jidher ikanta d-diska Naplitana Torna a Surriento.

Il-kantant speċjali waqt il-kunċert se jkun il-kantant Taljan Eros Ramazzotti li wasal Malta lbieraħ filgħaxija.

F’dal-kunċert se tkun qed tkanta wkoll Emma Muscat li saret popolari bil-parteċipazzjoni tagħha fil-program Taljan Amici di Maria de FilippiEmma kienet qalet li dan se jkun unur għaliha li se tkun parti minn dan l-ispettaklu nazzjonali.