Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm qed jagħmel appell urġenti għad-donazzjonijiet tad-demm.

Kull min hu f’saħħtu hu ġentilment mitlub li jirrikorri biex jagħti d-demm mill-aktar fis.

Meta wieħed imur jagħti d-demm importanti li:

  • ikollu l-karta tal-identità
  • jibda ixrob l-ilma minn qabel ma jmur
  • min ġie lura mis-safar f’dawn l-aħħar 4 ġimgħat u jixtieq jagħti d-demm, jew jixtieq jistaqsi xi mistoqsija relatata mal-għoti tad-demm hu mitlub iċempel 80074313

L-għoti tad-demm jista’ jsir fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm fi Gwardamanġa li jiftaħ 7 ijiem fil-ġimgħa mit-8:00am sas-6:00pm.

Is-Servizz Nazzjonali appella għall-prudenza fis-sewqan biex kemm jista’ jkun jiġu evitati l-inċidenti li spiss qed iħallu effett negattiv fuq ir-riserva tad-demm.