DOI: Jeremy Wonnacott

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ilbieraħ laqa’ lit-tim tal-futsal tal-Belt Valletta f’Kastilja, wara r-rebħa li għamel it-tim fi tmiem il-kampjonat li għadda.

It-tim sejjer il-Maċedonja għall-UEFA Futsal Cup bejn it-28 t’Awwissu u t-2 ta’ Settembru.

Il-PM, flimkien mas-Segretarju Parlamentari għall-Isport, Clifton Grima, awgura lill-membri tal-Valletta FC Futsal għall-mentalità ta’ rebbieħa li għandhom, li skontu, hi l-ewwel pass għal riżultati pożittivi.

Iċ-Chairman tat-tim Edward Bartolo qal li t-tir tal-klabb hu li fil-UEFA Futsal Cup jirbħu lill-grupp li fih timijiet mill-Maċedonja, l-Irlanda u l-Estonja, biex jonoraw lill-Belt Valletta u lil Malta.