Joseph Calleja, Eros Ramazzotti u Emma Muscat kienu għaddejjin sa tard bil-lejl bil-provi qabel ma għada jkantaw fil-kunċert annwali tat-tenur Malti Joseph Calleja. Huma se jkunu akkumpanjati mill-Orkestra Filarmonika ta’ Malta kif ukoll minn korr tat-tfal. Newsbook.com.mt mar jara l-provi.

Il-kantant Taljan Eros Ramazzotti li wasal Malta jumejn ilu.

Rotot speċjali għal wara l-kunċert

Intant il-Malta Public Transport ħabret ħames rotot speċjali għal wara l-kunċert. In-nollijiet ta’ dawn il-vjaġġi se jkunu ta’ €3.00 jekk tixtri billejt u €2.50 jekk tuża Tallinja Card personalizzata.

Dawn huma:

JC1 (Rotta tat-Tramuntana):

Li se tgħaddi mill-Belt Valletta lejn l-Imsida – Birkirkara-Lija – Mosta – Burmarrad – Buġibba – Qawra – San Pawl il-Baħar – Xemxija – Mellieħa – L-Bajja ta’ Għadira – Ċirkewwa fil-23:30, 00:00, 00:20 u 00:50.

JC2 (Rotta Ċentrali):

Li se tgħaddi mill-Belt Valletta lejn l-Imsida – Tal-Qroqq – Kappara – San Ġwann – Naxxar – Mosta – Mtarfa bypass – Rabat – Attard – Żebbuġ bypass – Qormi – Fleur-De-Lys – Ħamrun fil-23:30, 00:00, 00:20 u 00:40.

JC3 (Rotta tan-Nofsinhar 1):

Li se tgħaddi mill-Belt Valletta lejn il-Marsa – Raħal Ġdid – Bormla – Kalkara – Xgħajra – Żabbar – Marsaskala – Fgura – Raħal Ġdid fil-23:30, 00:00, 00:20 u 00:40.

JC4 (Rotta tan-Nofsinhar 2):

Li se tgħaddi mill-Belt Valletta lejn il-Marsa – Tarxien – Żejtun -Marsaxlokk – Birżebbuġa – Ajruport – Żurrieq – Qrendi – Mqabba – Ħal-Farruġ fil-23:30, 00:00, 00:20 u 00:40.

N13 (Rotta ta’ bil-lejl)

Li se tgħaddi mill-Belt Valletta lejn l-Imsida – Gżira – Sliema Ferries – San Ġiljan (is-servizz ser jopera skond l-iskeda normali u ser jkun hemm iżjed vjaġġi skond id-domanda).