Jidher li l-iktar passiġġieri  li jiġu Malta fuq cruise huma bejn l-età ta’ 60 u 79, skont statistika ppublikata mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO).

Fl-2017 intlaħaq rekord b’110,921 passiġġier bejn dawn l-etajiet, waqt li bejn l-etajiet ta’ 20-39 kien hemm biss 34,871 passiġġier, ħafna inqas minn nofs.

Avolja fl-2018 naqsu l-passiġġieri li huma bejn l-età ta’ 60 u 79, xorta huma dawk ta’ dawn l-etajiet li jagħmlu l-maġġoranza tal-passiġġieri, b’108,302 passiġġier.