Ġieli qattajt l-isbaħ nofs siegħa ddur għal parkeġġ… iddur, iddur, iddur sakemm fl-aħħar tgħid, “Possibbli… dak parking?”

U tkompli… “Stenn, jew nofs parking?”

U hekk ikun. Nofs parkeġġ, għax xi sewwieq minn tagħna bil-mutur ikun għoġbu jieħu spazju ta’ 2 karozzi bil-mutur tiegħu.

Hekk ġralu qarrej ta’ Newsbook.com.mt li bagħtilna dawn ir-ritratti ta’ xena tipika Maltija.

Jekk iltqajt ma’ xi ħaġa simili li urtatek fit-toroq Maltin, ibagħtilna email fuq info@newsbook.com.mt.