Għal ħafna minna hija awtomatika li tmur tmiss ras ta’ xi kelb ħelu li tara fit-triq – però, fil-verità, hija xiħaġa pastaża ħafna fid-dinja tal-klieb.

Dan għaliex għal kelb hija theddida, u għalhekk meta tmur tmiss rashom ħafna minnhom ibaxxuha ‘l isfel lejn l-art. Għandek ukoll tevita tavviċinahhom b’mod dirett.

L-aħjar ħaġa li tista’ tagħmel huwa li tavviċinahom mill-ġenb u mbagħad titbaxxa biex tinżel għall-livell tagħhom. Tihom id biex ixommuha ħalli jidrawk ftit, u hemmhekk tista’ tmissilhom geddumhom jew xi widna biex tfissidhom!