Il-grupp mużikali Malti Cryptic Street ħabbar fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook li grazzi fondi miġbura mill-pubbliku issa jistgħu jerġgħu jibda jixtri l-apparat mużikali u strumenti li nsterqulhom xahrejn ilu.

Il-grupp, li hu magħmul minn erba’ tfajliet kien spiċċa vittma ta’ serqa mill-garaxx tagħhom f’Birkirkara fejn jipprattikaw u jżommu l-apparat mużikali tagħhom, liema serqa kienet tammont għal madwar €6,000.

It-tfajliet irringrazzjaw lil Mellowmoon, stabbiliment tal-ġojjellerija li tahom l-għajnuna neċessarja biex introduċihom ma’ Zaar li jagħmel il-crowdfunding, kif ukoll mal-mużiċisti Sajf Lajf u l-Kunsill Malti għall-Arti. Huma rringrazzjaw ukoll lill-familji tagħhom u lil sħabhom tas-sapport emozzjonali fil-konfront tal-inċident li tellifhom ħesrem il-karriera mużikali tagħhom.