Arkivji

Ħadd ma weġġa’ serjament wara li seħħ inċident bejn karozza u xarabank f’San Pawl il-Baħar.

Newsbook.com.mt jinsab infurmat li l-inċident seħħ ftit qabel it-3pm x’ħin seħħ impatt bejn iż-żewġ vetturi.

Kelliema għall-Pulizija qalet ma’ Newsbook.com.mt li mill-ewwel indikazzjoni kien hemm żewġ persuni midruba, madanakollu dawn sofrew biss ġrieħi ħfief, filwaqt li persuna oħra sofriet xokk qawwi.

Fuq il-post issejħet l-assistenza tal-Pulizija sabiex jikkontrollaw it-traffiku.

Ritratt: Arkivji