REUTERS/Samrang Pring

L-organizzaturi tal-elezzjoni tal-Kambodja qalu li se jinvestigaw  ilment kontra 30 eks-membru tal-Oppożizzjoni talli qalu biex issir bojkott tal-elezzjoni ġenerali.

L-Opożizzjoni tgħid li l-Prim Ministru Hun Sen u l-amministrazzjoni tiegħu qed isiktuhom, u għalhekk qalu biex isir bojkott. Dan għaliex Novembru l’għadda, l-Gvern ta’ Hun Sen staqsa lill-ogħla Qorti sabiex tisfaxxa l-grupp tal-Opożizzjoni.

Qed tingħad li n-nies tal-Kambodja huma wisq imbeżżgħin biex jitkellmu dwar l-elezzjoni.