Kċina f’residenza fil-Belt Valletta ġarbet xi ħsarat wara li nħakmet minn nirien.

Kelliema għall-Pulizija qalet ma’ Newsbook.com.mt li l-każ seħħ għall-ħabta tal-3:40pm fi triq San Nikola, fil-Belt Valletta.

Fuq il-post issejħu l-Membri tal-Protezzjoni Ċivili biex jikkontrollaw in-nar. Jidher li ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.