Meta Meghan Markle jew Kate Middleton jilbsu xi ħaġa ġdida fil-pubbliku, saret norma li wara ftit tal-ħin l-istess ħwejjeġ fil-ħwienet jinbiegħu kollha.

Il-ħanut Kanadiż tal-ħwejjeġ, Aritzia dan l-aħħar gawda minn żieda fil-bejgħ tiegħu hekk kif Meghan Markle dehret liebsa kowt tal-istess ditta. Id- ditta Aritzia żiedet 10.9% fil-bejgħ tagħha.

Is-CEO u l-fundatur tal-kumpanija, Brian Hill qal li meta Markle dehret bil-kowt tad-ditta tiegħu, l-istess kowt inbiegħ f’6 sigħat biss.

Artizia m’hix l-unika ditta li qed tgawdi minn dan il-profitt. Meta Markle u l-Prinċep Harry annunċjaw li se jieħdu l-għerusija, Markle dehret b’kowt abjad tad-ditta The Label. Dan kien jiswa madwar €640. Ftit minuti biss wara li ġew ippublikati r-ritratti, l-kowtijiet inbiegħu kollha.