San Gwann T'Għuxa

Nixtieq inwassal dan l-ilment permezz ta’ Newsbook fejn f’Bormla, f’San Ġwann t’Għuxa eżatt quddiem il-kappella hemm każ ta’ ingombru minn karru li jġorr iż-żwiemel li ilu hemm għal dawn l-aħħar xahrejn.

Meta rrappurtajna lill-Għassa ta’ Bormla, ġiet imwaħħla in-notice s-safra biex jitneħħa. Suppost wara ġimgħa minn mindu titwaħħal din in-notice jitneħħa mill-garaxx tal-Pulizija. Wara telefonati kontinwi lill-Pulizija ta’ Bormla, kif ukoll lill-garaxx tal-Pulizija, baqa’ ma sar xejn.
Ma jridux jieħdu passi. Spazju ta’ parking meħud għal min iħallas il-liċenzja!