Il-Ministru għall-Kultura Owen Bonnici qal li din is-sena l-Gvern qed jalloka € 70 miljun għall-kultura.

Bonnici spjega li l-Gvern jinsab fi proċess ta’ konsultazzjoni bil-għan li tkun pubblikata White Paper sal bidu tal-2019 bil-għan aħħari li sat-tmiem tal-2019 titfassal il-Politika Kulturali Nazzjonali 2020-2025.

Skont Bonnici uħud mill-għanijiet ta’ din il-politika huwa li l-cultural practitioners jiżviluppaw aktar professjonalment u tiżdied l-infrastruttura kulturali.