Kelliem għal White House qal li l-Korea ta’ Fuq trasferixxiet 55 kaxxa bil-fdalijiet ta’ suldati Amerikani maqtula fil-Gwerra tal-Korea. Dan kien l-ewwel pass biex Pyongyang timplimenta ftehima mwettqa f’samit kruċjali f’Singapore f’Ġunju.

Ir-rimpatriju tal-fdalijiet tas-suldati Amerikani li mietu fil-Gwerra tal-Korea tal-1950-1953 jidher bħala suċċess diplomatiku modest għall-President Amerikan Donald Trump għax kien qbil milħuq mal-kap tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong Un f’Singapore fit-12 ta’ Ġunju li għadda.

Stqarrija tal-White House tispjega li f’dan il-jum Kim Jong Un qed iwettaq parti mill-impenn li huwa għamel lill-President Amerikan li jirritorna s-suldati li mietu. Dawn l-azzjonijiet tal-Korea ta’ Fuq huma ta’ kuraġġ u jipprovdu spinta għal bidla pożittiva, temmet tgħid l-istqarrija.