Il-programm Newsline tal-lum is-Sibt, 28 ta’ Lulju jiddiskuti s-sitwazzjoni fil-pajjiż wara l-pubblikazzjoni tar-riżultat tal-inkjesta maġisterjali dwar il-każ Egrant, il-pubblikazzjoni tar-rapport tal-FIAU min-naħa tal-Membru Parlamentari Ewropew David Casa.

Niddiskutu wkoll l-kwistjonijiet interni fi ħdan il-Partit Nazzjonalista.

Illum bi preżentazzjoni ta’ David Vassallo u Desmond Zammit Marmarà, Newsline jixxandar bejn l-10am u l-11am fuq RTK 103FM.