Ira Losco ntgħażlet bħala r-raba’ u l-aħħar membru tal-ġurija għal X Factor Malta.

Dan tħabbar illum fuq il-paġna X Factor Malta, fejn Ira Losco ġiet deskritta bħala waħda mill-aqwa jew l-aqwa isem fil-qasam mużikali f’Malta.  B’karriera ta’ 15-il sena, Losco rebħet aktar minn 20 unur mużikali.

Hija pparteċipat f’kunċerti u konkorsi f’25 pajjiż differenti madwar id-dinja. Riċentament, kantat ma’ Jason Derulo l-innu uffiċjali tat-Tazza tad-Dinja 2018.  Ira Losco ħadet sehem fil-Eurovision darbtejn.

It-tliet membri tal-ġurija l-oħra huma Howard Keith Debono, Ray Mercieca ta’ The Characters u Alexandra Alden.  X Factor Malta se jibda jixxandar minn Ottubru li ġej fuq TVM u r-rebbieħ se jkun ir-rappreżentat ta’ Malta fil-Eurovision tas-sena d-dieħla.