Ħarġet twissija ta’ maltemp qawwi bir-ragħad u s-sajjetti fuq il-Gżejjer Maltin.

It-twissija ħarġet mill-Uffiċċju Meteoroloġiku tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u se tibqa’ fis-seħħ sas-7pm.

Ilbieraħ diversi lokalitajiet intlaqtu minn maltempata li ħakmet il-gżejjer Maltin fosthom dawk fit-Tramuntana ta’ Malta u Għawdex. Il-maltempata żviluppat mit-Tramuntana tal-Italja u baqgħet nieżla lejn in-Nofsinhar.