Raġel li tilef lil martu baqa’ jġorr ritratt tagħha kull fejn imur wara mewtha. Waħda mill-aktar affarijiet għall-qalbu hija li ta’ kuljum jinżel fuq bajja u jara x-xemx nieżla bir-ritratt ta’ martu ħdejh.

Giuseppe Giordano, Taljan li tilef lil martu seba’ snin ilu bil-kanċer baqa’ jgħożż l-imħabba li kellu għal Ida.

Illum, ta’ 70 sena, ta’ kuljum jinżel fil-bajja fejn kien iqatta’ ħafna ħin ma’ martu lura fil-bidu tar-relazzjoni tagħhom.

Giorgio Moffa, li huwa sid ta’ pizzerija viċin il-bajja għamel jiem twal jara lil Giordano bilqiegħda bir-ritratt ta’ Ida, sakemm iddeċieda li jkellmu u jsir jaf l-istorja tiegħu.

Fuq Facebook, Moffa rrakkonta kif kemm-il darba raħ jibki u sostna li din hija prova tal-imħabba kbira li kellu għal Ida.

Il-koppja ltaqgħu lura bl-1969 meta Giuseppe kellu 16-il sena u Ida kellha 17.