Il-familja Caruana Galizija ngħatat parir biex tiftaħ kawża internazzjonali wara li l-Gvern naqas mid-dmir tiegħu li jinvestiga b’mod xieraq.

Il-Gvern Malti għandu sal-aħħar ta’ Awwissu biex jonora t-talba tal-familja tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia qabel ma jinfetħu kawżi fi Qrati barranin ibbażati fuq id-drittijiet tal-bniedem.

F’opinjoni legali mitluba mill-familja Caruana Galizia, Bhatt Murphy Solicitors qalu li biex tissodisfa l-kriterji tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, l-investigazzjoni għandu jkollha ċerti karatteristiċi ewlenin, inklużi li l-investigazzjoni ssir b’ċerta ħeffa u li tiġi involuta l-familja b’mod adegwat. Komplew jgħidu li l-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem jitolbu li almenu jkun hemm dawn il-kriterji involuti.

Id-ditta legali stqarret li l-Gvern Malti qed ikompli jikser dmirijietu milli jinvestiga b’mod xieraq. Qalu li hemm il-bżonn urġenti ta’ investigazzjoni indipendenti u effettiva dwar iċ-ċirkostanzi tal-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.

Din issegwi l-istess sejħa li nħarġet f’opinjoni legali simili f’Diċembru 2017.

Rapport dettaljat dwar l-aħħar opinjoni legali ssibu hawn.