Se ssir mina li tgħaddi l-ilma mill-impjant tar-Reverse Osmosis ta’ Pembroke sal-ġibjuni f’Ta’ Qali. Dan stqarrewh il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.

Din il-mina, b’tul ta’ 9.5 kilometri, wiesgħa tliet metri, u li se tiswa daqs €27.5 miljun, mistenni jitlesta sa sal 2021.

Il-kuntratt għall-proġett ingħata lil Bonnici Bros. Services, li se jagħmlu l-mina, waqt li il-kumpanija Superlit Boru Sanayi A.S se jipprovdu l-pajpijiet reinforzati bil-fajberglas.

Din il-mina se tassigura li jkun hemm titjib fil-kwalità tal-ilma f’ħafna lokalitajiet f’Malta, kif ukoll se ttejjeb is-sostenibiltà tal-ambjent hekk kif il-proġett se jsir bl-aktar mod effiċjenti u tajjeb għall-ambjent.