Wara li fl-aħħar jiem qamet kontroversja sħiħa dwar dranaġġ li qed jintrema fil-baħar bil-każijiet tax-Xlendi u x-Xatt l-Aħmar, sors ikkuntattja lil Newsbook.com.mt bi problema simili, din id-darba fil-Kalkara.

Jekk wieħed jara l-filmat t’hawn fuq jista’ jara kif pajp li minnhu ħiereġ ilma maħmuġ, potenzjalment drenaġġ iwassal għall-baħar. Il-filmat juri kif l-ilma ħammeġ ukoll il-blat u rabba ħafna dud. Il-filmat ittieħed fl-4 ta’ Awwissu.

Is-sors sostna li għal snin twal ipprova jirrapporta dan il-każ, madanakollu spjega li l-karba tiegħu waqgħet fuq widnejn torox. Irrimarka li jekk ma jittiħdux passi, se jissottometti ilment lill-Kummissjoni Ewropea.