Il-bastiment Aquarius salva 141 persuna mill-għarqa li jinkludi 67 tfal waħedhom f’ibħra internazzjonali minn dgħajsa tal-injam. L-immigranti ġew salvati 26 mil nawtiku  fit-Tramunata ta’ Żuwarah. Fil-paġna ta’ Twitter qalu li l-Awtoritajiet kkonċernati kienu infurmati. Wara li salvaw l-ewwel dgħajsa issa jinsabu għaddejjin bil-ħidma biex jgħinu t-tieni dgħajsa.

Il-bastiment Aquarius huwa tal-għaqda mhux governattiva SOS Mediterranee. L-għaqda Ewropea tiddedika ruħha għal tfittxija u salvataġġ fil-baħar Mediterran. Il-kwartieri tagħha jinsabu f’Berlin, f’Marseilles, f’Palermo u f’Ġinevra.