Mill-inqas erba’ persuni nqatlu wara sparaturi fil-belt Kanadiża ta’ Fredericton.

Dan ikkonfermatu l-Pulizija Kanadiża aktar kmieni llum.

Il-Pulizija ta’ Fredericton qalet fuq Twitter li l-isparaturi għadhom għaddejja u li kien hemm ħafna mwiet. Għal din ir-raġuni ħeġġet lin-nies biex jibqgħu ġewwa u jżommu lilhom innifishom preparat għal kull ma jista’ jinqalgħa.