Ħaddiem tal-kostruzzjoni wieġeb mhux ħati meta ġie akkużat li seraq numru ta’ bibien u twieqi.

Fil-Qorti llum nstema’ kif ir-raġel li għandu 28 sena diġà kien ġie akkużat li seraq kemm-il darba qabel. Skont id-difiża, ir-raġel kien għaddej minn problemi relatati mal-manteniment tat-tfal.

Ir-raġel qal li m’għandux vizzji. L-avukat tiegħu spejga li kien sablu xogħol ħmistax ilu. L-avukat talab ukoll biex jingħata l-ħelsien mill-arrest mingħajr depożitu peress li ma kellux flus. Il-prosekuzzjoni m’oġġezzjonatx għall-ħelsien mill-arrest.

Ir-raġel ingħata l-libertà proviżorja fuq garanzija personali ta’ €10,000.