Persuna ndarbet wara hold up fi spiżerija f’San Pawl il-Baħar.

Dan ġie kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt minn kelliem għall-Pulizija li spjega li l-każ seħħ għall-ħabta ta’ 12pm fi Triq Dawret il-Gżejjer.

Mill-ewwel investigazzjonijiet tal-Pulizija jidher li raġel daħal fl-ispiżerija armat b’pepper spray u talab għall-flus.

L-identità u l-kundizzjoni tal-persuna midruba għadhom mhux magħrufa

Filwaqt li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejja.