FILE PHOTO: Ian Noel Pace

Raġel li kien tiela’ mill-għawma f’Għar Lapsi, ħassu ma jiflaħx u miet fuq il-post. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10.15am.

Persuni fuq il-post qalu ma’ Newsbook.com.mt li kien hemm kommossjoni hekk kif raw lir-raġel mal-art fl-islipway fejn jitniżżlu d-dgħajjes.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma li seħħ dan l-inċident traġiku.

Dan l-artiklu ġie aġġornat.