Il-Bank Ċentrali ta’ Malta qal li t-tkabbir ekonomiku b’saħħtu f’Malta wassal biex ir-riskju ta’ kreditu kompla jonqos fl-għaxar edizzjoni tiegħu tar-Rapport dwar l-Istabbiltà Finanzjarja.

Fi stqarrija, il-Bank Ċentrali qal li r-rapport ikopri l-iżviluppi fis-sistema finanzjarja Maltija matul l-2017. Ir-rapport jevalwa riskji u miżuri b’rabta mas-sistema finanzjarja.

Saret analiżi fuq is-settur bankarju Malti skont it-tipi differenti ta’ banek. Hemm ukoll numru ta’ siltiet dwar inizjattivi tal-Unjoni Ewropea li jindirizzaw is-self fejn il-ħlas qiegħed b’lura (non-performing loans, NPLs).

Skont il-Bank Ċentrali, “l-andament b’saħħtu tal-ekonomija Maltija kompla jsaħħaħ is-solidità u r-reżiljenza tas-sistema finanzjarja domestika.” Qal

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta qal it-tkabbir ekonomiku b’saħħtu f’Malta wassal biex ir-riskju ta’ kreditu kompla jonqos fl-għaxar edizzjoni tiegħu tar-Rapport dwar l-Istabbiltà Finanzjarja.

Fi stqarrija, il-Bank Ċentrali qal li r-rapport ikopri l-iżviluppi fis-sistema finanzjarja Maltija matul l-2017. Ir-rapport jevalwa riskji u miżuri b’rabta mas-sistema finanzjarja.

Saret analiżi fuq is-settur bankarju Malti skont it-tipi differenti ta’ banek. Hemm ukoll numru ta’ siltiet dwar inizjattivi tal-Unjoni Ewropea li jindirizzaw is-self fejn il-ħlas  qiegħed b’lura (non-performing loans, NPLs).

Skont il-Bank Ċentrali, “l-andament b’saħħtu tal-ekonomija Maltija kompla jsaħħaħ is-solidità u r-reżiljenza tas-sistema finanzjarja domestika.” Qal li l-banek lokali l-kbar żammew profitti b’saħħithom. “It-tkabbir ekonomiku b’saħħtu wassal biex ir-riskju ta’ kreditu kompla jonqos u dan ġie rifless f’titjib fil-kwalità tas-self u kif ukoll f’titjib fil-kwalità ta’ min jissellef“ żied jgħid il-Bank Ċentrali. Intqal ukoll li r-rabtiet tal-banek internazzjonali mal-ekonomija domestika baqgħu limitati.

Il-Bank Ċentrali rrapporta li r-riskji minn kumpaniji lokali tal-assigurazzjoni ġew ivvalutati li baqgħu baxxi.  Avża li implikazzjonijiet “negattivi” li jistgħu jirriżultaw fuq is-sistema finanzjarja Maltija minħabba l-possibbiltà ta’ ‘hard Brexit’ huma limitati.

li l-banek lokali l-kbar żammew profitti b’saħħithom. “It-tkabbir ekonomiku b’saħħtu wassal biex ir-riskju ta’ kreditu kompla jonqos u dan ġie rifless f’titjib fil-kwalità tas-self u kif ukoll f’titjib fil-kwalità ta’ min jissellef“ żied jgħid il-Bank Ċentrali. Intqal ukoll li r-rabtiet tal-banek internazzjonali mal-ekonomija domestika baqgħu limitati.

Il-Bank Ċentrali rrapporta li r-riskji minn kumpaniji lokali tal-assigurazzjoni ġew ivvalutati li baqgħu baxxi.  Avża li implikazzjonijiet “negattivi” li jistgħu jirriżultaw fuq is-sistema finanzjarja Maltija minħabba l-possibbiltà ta’ ‘hard Brexit’ huma limitati.

Biex taqra r-rapport sħiħ idħol hawn: Rapport dwar l-Istabbiltà Finanzjarja

Biex taqra l-istqarrija sħiħa tal-Bank Ċentrali idħol hawn: Stqarrija tal-Bank Ċentrali